Għeżież Ġenituri,

Wasalna biex intemmu l-ewwel term. Iż-żmien itir meta tkun qed taħdem għal qalbek. Fl-iskola tagħna l-attivitajiet ma jonqsux u l-istudenti jidhru kuntenti u attivi l-ħin kollu. Kellna ħafna attivitajiet u bħalissa għaddejjin bl-attivitajiet tal-festi tal-Milied. It-tfal ipparteċipaw u ħadu gost b’dawn l-attivitajiet iżda fuq kollox tgħallmu minnhom.

Kif tafu l-istudenti tagħna jiġu f’din l-iskola wara li jkunu temmew is-sitt sena tal-Primarja u għalhekk kull ma ilhom fil-ħajja ta’ skola sekondarja huwa tnax-il ġimgħa.

L-għan ewlieni tagħna hu li lill-istudenti nagħtuhom pedament sod għall-ħames snin li ġejjin permezz ta’ edukazzjoni ħolistika. Nifhmu iżda li dawn l-istudenti mhux lakemm jaqilbu mill-primarja għas-sekondarja billi jibdlu l-uniformi biss. Din il-qabża trid isseħħ gradwalment proprju matul is-sena tal-Form 1. Aħna nħarsu lejn il-Form 1 bħala l-bidu ta’ ħames snin ta’ ħajja edukattiva fil-livell sekondarju. Fil-ħames snin li ġejjin kull student ser jinbidel u jikber kemm fiżikament kif ukoll mentalment biex sena wara l-oħra  minn tifel isir ġuvni b’maturita` ta’ sittax-il sena. Ma jfissirx li l-edukazzjoni ser tieqaf hemm, anzi aħna naraw li l-istudenti sa mill-Form 1 jibdew jirrealizzaw li t-tagħlim huwa għall-ħajja u qatt m’għandna nieqfu nitgħallmu. B’din il-viżjoni aħna l-edukaturi nqisu l-fatt li peress li kull bidu huwa iebes, fil-Form 1 għandha sseħħ tranżizzjoni li kull student irid jesperjenza bil-pass u bir-ritmu individwali tiegħu. Aħna qegħdin hemm biex din it-tranżizzjoni sseħħ bl-anqas xkiel possibbli.

Fl-iskola aħna konxji minn dan kollu u għalhekk infittxu li nagħtu l-attenzjoni individwali permezz ta’ diversita` fit-tagħlim, permezz ta’ edukazzjoni soċjali u emozzjonali u permezz ta’ edukazzjoni ħolistika li tinkludi dik akkademika, prattika, teknika u sportiva.

Dan kollu naslu għalih b’għadd ta’ metodi differenti ta’ tagħlim. Ħafna drabi, fl-iskola tagħna dan ikun qed iseħħ il-ħin kollu bit-tlaqqigħ ta’ mezzi tradizzjonali bħall-kitba u l-ktieb, u mezzi teknoloġiċi moderni bħalma huma l-‘interactive white boards’ u laboratorji tal-kompjuters u tat-teknoloġija. Barra minn hekk lill-istudenti niggwidawhom fl-imġiba tagħhom. Inħoss li huwa dover tagħna fl-iskola li naraw l-imġiba  tal-istudenti kollha minn kull aspett għax nafu x’inhu mistenni minnhom għada pitgħada bħala rġiel tal-affari tagħhom fuq il-post tax-xogħol u fis-soċjeta` Maltija.

Żgur li ndunajtu kemm aħna nħeġġu lill-istudenti biex jiskopru d-diversi kapaċitajiet li għandhom, filwaqt li kontinwament nisħqu dwar li huma jkunu responsabbli ta’ għemilhom. F’dan l-ewwel term sirna nafuhom u wrewna x’kapaċi jagħmlu. Jien fiduċjuża li ser inkomplu niskopru iktar dwarhom biex fix-xhur li ġejjin inkunu nistgħu nkomplu fit-triq li qbadna.  Aħna l-iskola naħdmu bħala tim, magħmul minni bħala Kap tal-Iskola, żewġ Assistenti Kapijiet, għalliema u LSAs u kollha kemm aħna naħsbu l-ewwel u qabel kollox fl-istudenti tagħna.

Nieħu l-okkażjoni biex f’isem l-istaff kollu tal-iskola nixtiqilkom Milied hieni u sena mimlija ġid u paċi.

Louise Azzopardi

Kap ta’ l-Iskola

 

  

 

Minn Settembru, 2011 saru proġetti kbar minn materjal riċiklat mill-istudenti li jitgħallmu Art Option u Art General (CCA) taħt it-tmexxija tal-Għalliem tagħhom, is-Sur Carmel Agius. Il-materjal li użaw kien il-kaxxi tal-kartun tal-Interactive Whiteboards.

Dawn huma l-proġetti kollha li saru :

  • Sar tiżjin tal-Milied fosthom presepju kbir li sebbaħ il-faċċata tal-iskola fejn dan ukoll ngħata prominenza mhux biss fix-xandir nazzjonali imma anke dawk internazzjonali fosthom CNN International Report.   - http://ireport.cnn.com/docs/DOC-717619.  Ħadu sehem 26 student li kitbu isimhom  fuq il-faċċata ta l-istess presepju.
  • Minbarra dan il-presepju saru numru ta’ presepji zgħar u dekorazzjonijiet tal-Milied mal-iskola kollha.  Hawnhekk l-istudenti tgħallmu li permezz tal-Arti u b’materjal riċiklat tista’ ssebbaħ l-ambjent ta madwarna. Mhux hekk biss imma tgħallmu wkoll id-differenza minn meta tpinġi fuq karta għal meta tgħamel proġett ta ta’ ċertu kobor.
  • Saru numru ta dekorazzjonijiet mill-istudenti biex sebbaħna l-iskola.  Imlejna il-ħitan tal-kuruturi ta fuq fl-ewwel sular billi għamlu collages. Dawn ukoll saru minn materjal riċiklat.  Grazzi lil dawn l-istudenti kollha li pparteċipaw flimkien mal-għalliem tagħhom, is-Sur Carmel Agius, sabiex saru dawn il-proġetti.

 

 

Dawn id-dekorazzjonijiet tal-Milied saru kollha mill-istudenti ta’ l-Art & Design taht is-supervizzjoni tal-Ghalliem Carmel Agius fejn sebbahna l-iskola kollha fátmosfera ferrieha.

 

Lo scorso martedì 22 novembre, noi della classe 1.03 siamo andati a Ta’ Qali.

Appena arrivati abbiamo giocato a calico sul campo da calcietto lì vicino. Anche il nostro insegnante ha giocato con noi.  Abbiamo riso molto quando è scivolato ed è caduto per terra.  Dopo abbiamo fatto una passeggiata fino al Crafts Village, dove una signorina ci ha spiegato come si fanno i vasi di ceramica.  Abbiamo avuto l’opportunità di vedere dal vivo la creazione di un vaso.

Prima di ritornare a scuola abbiamo scattato diverse fotografie tra cui una della nostra classe.

Ishmael Agius 1.03

 

Wara sitt snin Primarja ġol-Furjana din is-sena bdejt l-ewwel sena sekondarja tiegħi ġol-Kulleġġ Santa Klara ta’ Tas-Sliema. Ngħid il-verità ħassejtni ftit stramb meta dħalt fil-klassi 1.03 u ma kont naf lil ħadd.

Bil-mod il-mod bdejt nitgħallem l-ismijiet ta’ sħabi tal-klassi li b’kollox jgħoddu 21. Bdejt nagħmel il-ħbieb wara biss ftit ġranet li ltqajt magħhom. Fil-klassi hemm tfal b’karattri differenti, u anke ġejjin minn nazzjonijiet differebti. Iżda lkoll flimkien, tħallatna u llum sirna ħaġa waħda. Fil-klassi kulħadd għandu karattru differenti, fil-fatt hemm taħlita sħiħa: min iħobb idaħħaq, min hu aktar kwiet, min jifhem malajr u min idum ftit biex jifhem. Fl-istatura wkoll differenti: min hu twil, min hu qasir, min hu niexef u min hu mbaċċaċ.

Il-karnaġġjon mhux ta’ kulħadd l-istess ukoll! Issa li qed joqrob il-Milied bdejna nżejnu l-klassi bit-tiżjin tal-Milied, anke jekk mhux kulħadd għandu l-istess twemmin. Illum li għaddew xahrejn mis-sena skolastika, ngħid li nħossni kuntent li nagħmel parti minn din il-klassi, u fuq kollox, minn din l-iskola.

Julian Sultana, 1.03

 

As a Science investigation project, the students had to make a rocket launcher and a rocket according to the given instructions.  First we established that a force needed to be applied to fly the rocket.  Some students used cardboard and others used magazine paper.  Some students made pointed rockets and with fins while others made flat top rockets and without fins.   Some of the boys used a 2 litre plastic bottle for the launcher while others used a half litre plastic bottle.

When everything was ready we went to the school yard and each group launched their rocket by stepping as hard as they could on the plastic bottle.  The boys were very excited watching the rockets fly especially when one of the rockets flew high  up to the roof of the school.  Then we went back to the laboratory and discussed each other’s rocket performance and how they made be improved.  The boys gave their reasons why not all the rockets went up the same height or why some of the rockets came wobbling down.  Some other rockets had more stability.

This investigation was very successful because the students learnt scientific facts in an interesting and enjoyable way.